Left arrow Mur Lura

AKTAR SERVIZZI GĦALL-KOMMUNITAJIET TAGĦNA

pr150102
Date Icon 21/01/2015

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Dr Stefan Buontempo nieda l-ewwel minn sensiela ta’ inizjattivi bit-tema “Aktar servizzi għall-kommunitajiet tagħna”. Matul din l-ewwel inizjattiva se jkun qed jingħata kumpens finanzjarju lill-Kunsilli Lokali kollha li offrew servizz ta’ tilqim kontra l-influwenza. Din ir-rifużjoni ta’ spejjeż se tkun qed issir għall-ewwel darba u l-għan aħħari tagħha huwa li l-Kunsilli Lokali jiġu inċentivati sabiex joffru aktar servizzi lill-kommunitajiet Maltin u Għawdxin. L-għajnuna finazjarja li ser tingħata lill-Kunsilli Lokali se tkun qed tkopri s-servizz ta’ nurses u riklamar tas-servizz fost l-oħrajn.

Dr Stefan Buontempo sostna li din l-għajnuna finanzjarja se tkun qed tingħata sabiex il-Kunsilli Lokali verament ikunu viċin in-nies billi joffru aktar servizzi lir-residenti mill-belt jew ir-raħal tagħhom stess. Huwa saħaq li t-tqassim tal-vaċċin kontra l-influwenza huwa wieħed mill-aktar servizzi mfittxija mir-residenti u permezz tal-ħidma pro-attiva tal-Kunsilli Lokali illum il-ġurnata l-pubbliku qed jinqeda minn diversi bereġ u uffiċini tal-Kunsilli Lokali minflok kif kienet qabel disponibbli biss mill-polikliniċi.

Dr Stefan Buontempo qal li din ir-rifużjoni se tingħata għall-ispejjeż kollha li sas-sena li għaddiet kellhom jiġu assorbiti mill-Kunsilli Lokali weħidhom. Huwa sostna wkoll li l-Kunsilli Lokali għandhom jiġu mgħejjuna sabiex l-allokazzjoni diretta tagħhom tkompli tissaħħaħ sabiex ikomplu jagħtu aktar servizzi miċ-ċentru tal-kommunitajiet.

Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll fuq servizz ġdid ieħor li se jingħata mill-uffiċini tal-Kunsilli Lokali. Dan huwa t-tqassim tal-vouchers għal dawk kollha li huma kostretti jużaw prodotti gluten free. Huwa sostna li permezz tal-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-għajnuna li ngħatat mis-Segretarjat għall-Gvern Lokali dawn il-vouchers se jitqassmu kollha mill-uffiċini tal-Kunsill Lokali partikolari li fihom jabitaw l-istess klijenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow