Left arrow Mur Lura

IS-SENA 2014 GĦALQET BI TKABBIR QAWWI FIN-NUMRU TA’ PASSIĠĠIERA BIL-CRUISE LINERS

pr150095
Date Icon 20/01/2015

Qed ikomplu jaslu aktar riżultati pożittivi fis-settur tat-turiżmu, din id-darba fil-qasam tal-cruiseliners.  Skont l-aħħar ċifri maħruġa dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, in-numru ta’ passiġġieri li waslu Malta fuq il-cruiseliners fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet ammonta għal aktar minn 150,000, li jfisser żieda ta’ ’l fuq minn 32,500 passiġġier jew aħjar tkabbir ta’ 27% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena 2013.

Ta’ min jinnota t-tkabbir robust fl-ammont ta’ passiġġiera Franċiżi, Ġermaniżi u Taljani.  Bejn Ottubru u Diċembru tal-2014 rajna żieda ta’ aktar mid-doppju f’passiġġieri Franċiżi meta ġew reġistrati kważi 13,000 f’passiġġiera Franċiżi aktar mill-perjodu ta’ bejn Ottubru u Diċembru tas-sena 2013.  Is-suq Ġermaniż immarka żieda ta’ 86% filwaqt li dak Taljan żieda ta’ kważi 55% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.

Fl-istess perjodu n-numru ta’ passiġġieri li qattgħu lejl f’Malta kiber b’aktar mid-doppju wkoll meta mqabbel maċ-ċifri rreġistrati fl-istess perjodu tas-sena 2013.

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis irrimarka li dawn iċ-ċifri pożittivi jikkonfermaw li l-2014 kienet sena tajba ħafna għall-qasam tal-cruiseliners f’pajjiżna.  Malta rnexxielha tirkupra tajjeb ħafna mit-tnaqqis li rreġistrajna fis-sena 2013.  L-ammont ta’ passiġġiera fl-2014 żdiedu b’aktar minn 40,000 u lħaqna ċ-ċifra ta’ kważi 472,000 passiġġier.  L-ammont ta’ passiġġiera fuq il-cruiseliners li qattgħu lejl f’Malta s-sena l-oħra kiber bi kważi 200%.  Is-sena l-oħra, it-tkabbir  fis-swieq Franċiżi u Ġermaniżi kien wieħed eċċellenti. Fl-2014 il-passiġġiera Franċiżi u Ġermaniżi żdiedu bi 68% u  b’35% rispettivament meta mqabbel mas-sena 2013. 

Il-Ministru Zammit Lewis jinnota wkoll li fl-2014 l-akbar tkabbir li rreġistra pajjiżna fis-settur tal-cruiseliners kienu fl-ewwel kwart u fl-aħħar kwart tas-sena.  Dan jawgura tajjeb għat-turiżmu fix-shoulder months. Dawn ir-riżultati pożittivi fil-perjodi off-peak jikkonfermaw il-ħidma u l-pjan tal-Gvern sabiex it-turiżmu jkompli jkun sostenibbli u Malta tiġbed lejha turisti ta’ kwalità tul ix-xhur kollha tas-sena.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow