Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA TINDIRIZZA LIL UFFIĊJALI TAL-FORZI TAL-ARMATA WAQT L-GĦOTI TA’ ĊERTIFIKATI TAL-KUMMISSJONI TAL-FIZZJALI

pr150074
Date Icon 16/01/2015

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, dalgħodu tat ċertifikati tal-kummissjoni tal-fizzjali lil 16-il uffiċjal tal-Forzi Armati ta’ Malta, waqt ċerimonja fil-Palazz, il-Belt Valletta.

Fid-diskors tagħha l-President ta’ Malta qalet li l-Forzi Armati ta’ Malta hija armata unika, li minkejja li hija fost l-iżgħar armati fid-dinja, turi qlubija kbira.  Il-President spjegat, li kif ippruvat fl-istorja, l-armata kienet dejjem involuta biex tagħti s-sehem tagħha anki fi kwistjonijiet li seħħew fir-reġjun ta’ pajjiżna.  Il-President faħħret id-diskors tal-Amministatur Appostoliku l-Isqof Charles Scicluna li wkoll ikkummenta b’mod pożittiv dwar is-sehem tal-Forzi Armati ta’ Malta meta persuni mill-kontinent Afrikan jisfaw f’diffikultajiet fil-baħar. Il-President qalet li l-pajjiż huwa kburi bil-forzi armati ta’ Malta minħabba l-ħidma kbira li jwettqu. Il-President irrimarkat ukoll l-importanza ta’ sinerġija bejn l-entużjajżmu u l-enerġija ta’ uffiċjali żgħażagħ, flimkien mal-esperjenza importanti ta’ uffiċjali li ilhom snin twal iservu fil-forzi armati ta’ Malta.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela awgura lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li se jitilgħu skala oħra u jsiru fizzjali, filwaqt li għarrafhom fuq l-importanza ta’ dan l-unur prestiġjuż li ngħatalhom mill-President ta’ Malta.

“Kunu kburin fejn wasaltu u x’tirrapreżentaw. Kburin bl-uniformi li tilbsu”, kien il-messaġġ tal-Ministru Abela lill-fizzjali l-ġodda filwaqt li semma r-responsabilitajiet kbar li l-Kummissjoni tal-President iġġib magħha, kemm fuq il-mod ta’ kif jaġixxu mal-kollegi tagħhom u fuq kollox fis-sens ta’ lealtà lejn il-pajjiż.

 Carmelo Abela tkellem fuq l-obbligi u s-sens ta’ tmexxija u dixxiplina li dan ir-rwol iġib miegħu. “Tridu tkunu ta’ eżempju lejn it-truppi li ser tmexxu. Għandkom rwol li ma jistax jagħmlu kulħadd. Dan mhuwiex xogħol kwalunkwe iżda għandkom missjoni speċifika xi twettqu għal pajjiżkom. Intom tridu tattwaw id-deċiżjonijiet strateġici  li jittieħdu jew mit-tmexxija tal-armata jew mill-Gvern”, qal il- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

Il-Ministru Abela rringrazzja lill-membri tal-Forzi tal-Armata tal-ħidma u l-impenn tagħhom, filwaqt li ħeġġiġhom biex jibqgħu jaħdmu flimkien bħala tim wieħed permezz ta’ ħidma kollettiva.

Il-Ministru Abela rringrazzja lill-membri tal-Forzi tal-Armata tal-ħidma u l-impenn tagħhom filwaqt li ħeġġiġhom biex jibqgħu jaħdmu flimkien bħala tim wieħed permezz ta’ ħidma kollettiva.

Iċ-ċerimonja ta’ Kummisjoni tal-Fizzjali hija tradizzjoni militari antika u ssir f’Forzi oħra madwar id-dinja. L-aħħar darba li saret din iċ-ċerimonja kien f’Marzu 2014 .

L-uffiċjali li ġew mogħtija iċ-ċertifikat tal-Kummisjoni huma l-Kaptan Aldo Borġ, il-Kaptan Joseph Magri, il-Logotenent Francis Xavier Scifo, il-Logotenent Mark Anthony Brincat, il-Logotenent Brian Gatt, il-Logotenent Loreto Spiteri Louis, il-Logotenent Ivan Marmara, il-Logotenent Edwin Sciberras, is-Sotto Logotenent Keith Grixti, is-Sotto Logotenent Joseph Paul Żammit, is-Sotto Logotenent Andrew Żammit, is-Sotto Logotenent Maverick Scerri, is-Sotto Logotenent Joseph Aquilina, is-Sotto Logotenent Jean Carl Abdilla, is-Sotto Logotenent Keith Marshall, u s-Sotto Logotenent Christian Francica.

Qabel din iċ-ċerimonja saret quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ikkonċelebrata mill-Amministratur Appostoliku l-Isqof Charles Scicluna.  Wara l-President spezzjonat gwardja tal-unur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow