AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Referendum Nazzjonali u Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali - Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali, persuni li jgħoddu, jissorveljaw u jikkalkolaw
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew bħala persuni li jgħoddu, persuni li jissorveljaw u persuni li jikkalkolaw għal waqt l-għadd tal-voti fl-Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali u tar-Referendum Nazzjonali li se jsiru s-Sibt, 11 ta’ April, 2015. Min japplika jrid ikun dispost li jattendi sessjonijiet ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali.
L-applikazzjonijiet fuq il-formoli preskritti jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti (Ex-Trade Fair Grounds) fin-Naxxar nhar il-Ħamis 29 u l-Ġimgħa 30 ta’ Jannar, 2015, mit-3.00 pm sat-8.00 pm, nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-Tnejn 2 sal-Erbgħa 4 ta’ Frar, 2015, mit-3.00 pm sat-8.00 pm. Persuni Għawdxin jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex. Il-formoli tal-applikazzjonijiet, li huma dawk biss aċċettabbli, jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, fl-istess ġranet u ħinijiet jew mill-website tal-Kummissjoni Elettorali www.electoral.gov.mt fis-sezzjoni download.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046