Left arrow Mur Lura

IFFRANKATI €3,832,000 PERMEZZ TAL-ĦIDMA FID-DIPARTIMENT GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ FRODI TA’ BENEFIĊĊJI

pr150063
Date Icon 15/01/2015

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis filgħodu, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia ħabbar li matul is-sena 2014 huwa stmat li ġew imwaqqfa jew riveduti 887 benefiċċju, u li meta wieħed iqis l-ammonti mħallsa meta mhux dovuti u l-ammont ta’ benefiċċju li kien jibqa’ jitħallas fuq bażi ta’ sena waħda biss, ġew iffrankati madwar €3,832,000.

Il-Ministru Farrugia qal li d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji din is-sena kompla bil-ħidma tiegħu fil-ġlieda kontra l-abbużi fil-benefiċċji soċjali li jiġu mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Id-Dipartiment jinvestiga kull rapport ta’ allegat frodi li jirċievi kif ukoll jieħu l-inizjattiva biex jinvestiga gruppi ta’ benefiċċjarji fejn ikun hemm suspett ta’ abbuż.

Michael Farrugia qal li matul is-sena 2014 l-Ispettorat fi ħdan dan id-Dipartiment għamel 1,391 spezzjoni fuq is-sit u mill-investigazzjonijiet li għamel dan id-Dipartiment sab li 430 każ ma kinux bi ksur tal-provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

Semma’ wkoll  li baqa’ numru sostanzjali ta’ każijiet li ġew investigati mid-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji u li għadhom għand id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal deċiżjoni finali min-naħa tiegħu.

Il-Ministru Farrugia qal li bħalissa d-Dipartiment kompla għaddej bil-ħidma tiegħu biex isaħħah il-ko-ordinazzjoni fil-ġbir ta’ informazzjoni minn diversi entitajiet biex permezz tagħha jiġu identifikati numru akbar ta’ persuni li qegħdin jaġixxu b’mod anti-soċjali meta qegħdin jieħdu benefiċċji li ma ħaqqhomx. Id-Dipartiment jinstab ukoll fil-fazi finali tal-proċess biex iżid in-numru ta’ Spetturi fi ħdanu.

Qal ukoll li hemm pjanijiet biex id-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji jiġi ristrutturat biex iwessa’ l-ħidma investigattiva tiegħu sabiex ikopri oqsma oħra fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.

L-operat tad-Dipartiment ġie rikonoxxut u mfaħħar fir-rapport li ppubblika l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali f’Jannar.

“Kemm ilu jopera dan id-Dipartiment, jiġifieri minn Jannar 2006 sa Diċembru 2014, huwa stmat li ġew imwaqqfa jew riveduti 8,500 benefiċċju u li ġew iffrankati €31,700,000.  Dan l-ammont intlaħaq bi spiża ta’ €7.51 għal kull €100 li ġew iffrankati,” temm jgħid il-Ministru Farrugia.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow