Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-EWWEL SERVIZZ TA’ RESPITE GĦALL-ANZJANI F’GĦAWDEX

pr150050
Date Icon 14/01/2015

Parti mill-istrateġija tal-Gvern biex jindirizza l-problema tal-anzjani f’Għawdex

Huwa fatt magħruf li f’Għawdex hemm nuqqas sinifikanti ta’ servizzi relatati mal-anzjani meta wieħed jikkunsidra l-fatt li Għawdex għandu persentaġġ ta’ anzjanità ikbar minn dak ta’ Malta. Għalhekk il-Gvern qiegħed jaħseb sabiex jipprovdi servizzi għall-anzjani residenti Għawdex.

Waqt żjara f’Dar San Lawrenz f’Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, ħabbret uffiċjalment servizz ġdid ta’ respite li se jingħata propju f’din id-dar. Dan wara li l-Gvern ftit xhur ilu tripla s-servizzi tar-respite tiegħu permezz ta’ Public Church Partnership f’Casa Leone.

F’Għawdex is-servizz ta’ respite se jibda b’żewġ sodod f’Dar San Lawrenz li nxtraw permezz ta’ Public-Private Partnership. Is-servizz ta’ respite jista’ jibda jintuża immedjatament u wieħed jista’ jikseb l-applikazzjoni minn activeageing.gov.mt jew mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li dan huwa pass importanti li juri li l-Gvern hu kommess li jżid u jenfasizza fuq servizzi fil-komunità kemm għall-anzjani u kemm għall-persuni b’diżabilità. Dr Caruana semmiet li fiż-żmien li ġej se jitħabbru sensiela ta’ servizzi ġodda f’Għawdex ukoll.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow