Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr150049
Date Icon 13/01/2015

Illejla l-Oppożizzjoni rrifjutat li għada jsir id-dibattitu parlamentari propost mill-Gvern dwar il-ftehim ta’ investiment strateġiku mas-Shanghai Electric Power. Minħabba n-nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, dan id-dibattitu issa mhux se jkun jista’ jsir.

Kienet l-intenzjoni tal-Gvern li, fl-ewwel ġimgħa li matulha reġa beda jiltaqa l-Parlament wara l-waqfa tal-Milied, issir id-diskussjoni importanti dwar l-akbar investiment barrani li qatt ra pajjiżna.

Oriġinarjament dan id-dibattitu kellu jsir fis-17 ta’ Diċembru li għadda iżda l-Oppożizzjoni kienet talbet lill-Gvern biex jipposponih. Din it-talba kienet ġiet aċċettata mill-Gvern, bil-ħsieb li d-dibattitu jsir fl-iqsar żmien possibli.

Iżda llum, malli l-Gvern resaq ‘il quddiem waqt il-kumitat tax-xogħol tal-kamra biex jiskeda d-diskussjoni fl-aġenda parlamentari t’għada, l-Oppożizzjoni reġgħet għamlet minn kollox biex imblukkat dan id-dibattitu.

Dan il-ftehim, li kien iffirmat u ppublikat nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2014, se jkun qed isalva lill-Enemalta mis-sitwazzjoni prekarja li kienet tħalliet fiha filwaqt li jpoġġi l-qasam tal-enerġija fuq sisien sodi u joħloq opportunitajiet ġodda għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow