WEGĦDA OĦRA MWETTQA
PR150044
13/01/2015
Stedina għas-sehem tas-settur privat fit-tmexxija ta’ għadd ta’ faċilitajiet ġodda fil-Park tal-Familja – Il-Ministru Leo Brincat
Kif ġie mwiegħed mill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, fi tmiem is-Sajf li għadda l-Gvern għadu kif ħareġ bl-aktar mod trasparenti Sejħiet għall-Offerti għall-kiri ta’ għadd ta’ faċilitajiet ġodda fil-Park tal-Familja ta’ Wied il-Għajn.
Dan sabiex il-konsumatur ikollu għażla akbar u s-settur privat ikun jista’ jgawdi minn spazju aktar wiesgħa wkoll.
Dan qed isir skont deċiżjoni tal-Kabinett, filwaqt li jiggarantixxi t-tkomplija ta’ aċċess ħieles u bla ħlas għall-pubbliku fil-faċilitajiet eżistenti.
Id-dettalji jinstabu fil-Gazzetta tal-Gvern.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046