AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott hawn taħt imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba riskju ta’ overdose minn aċidu nikotiniku.
Deskrizzjoni tal-Prodott: Brutal Anadrol (Suppliment tad-dieta)
Ditta: BioTech USA
Deskrizzjoni tal-maħfen u l-Użin: Bott ta’ 90 kapsula (72g)
Numru tal-Lott: 130607
Data tad-durabbiltà: 31/05/2016
Peress li l-kumpanija involuta infurmat illi l-konsenja laħqet inbiegħet kollha, dan id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment mal-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046