Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr150035
Date Icon 10/01/2015

Ir-referendum abrogattiv u l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali se jsiru is-Sibt 11 ta’ April

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, f’konferenza tal-aħbarijiet, ħabbar li d-data għar-referendum abrogattiv se tkun nhar is-Sibt 11 ta’ April.

Fl-istess jum ser issir ukoll l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, minħabba raġunijiet ta’ prattiċità. Din id-data hi l-ewwel okkażjoni mit-tliet xhur żmien li tistabbilixxi l-ligi bejn issa u d-data tar-referendum.

Din id-data tħabbret jum wara li l-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li referendum abrogattiv dwar il-Kaċċa jista’ jsir abbażi tal-petizzjoni ppreżentata.

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li kulħadd għandu dritt jiddeċiedi x’inhi l-pożizzjoni tiegħu, inklużi l-membri tal-Gvern, iżda qal ukoll li l-pożizzjoni tiegħu minn dejjem kienet magħrufa, jigifieri ser jivvota biex tibqa’ d-deroga għal kaċċa fir-rebbiegħa. Huwa qed jieħu din il-pożizzjoni anki jekk huwa f'minoranza.  Il-Prim Ministru qal li mhuwiex ser joqgħod  gallarija u ser jara li l-pożizzjoni tiegħu tkun magħrufa. Il-Prim Ministru qal li l-pożizzjoni tiegħu hija aktar imsaħħa mill-fatt li hu kien għalaq l-istaġun tal-kaċċa, meta kien hemm abbużi.

Il-Prim Ministru wiegħed li ser jirrispetta dan il-proċess demokratiku li ser iseħħ f’pajjiżna għall-ewwel darba u ser jirrispetta r-rieda tal-poplu. Qal ukoll li fl-opinjoni tiegħu,  is-soċjetà ċivili għandha tkun fuq quddiem fid-dibattitu li ser iseħħ f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, spjega li bħalissa għaddej proċess legali sabiex tigi stabbilita l-mistoqsija li ser tintuża għal dan ir-referendum, liema mistoqsija tigi determinata skont il-petizzjoni ppreżentata u kif tistabilixxi l-liġi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow