Left arrow Mur Lura

LEJN KUNSILLI LOKALI SOSTENIBBLI

pr150033
Date Icon 10/01/2015

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo, ilbieraħ nieda uffiċjalment l-uffiċini l-ġodda tar-reġjun Tramuntana, reġjun li jgħaqqad fi ħdanu 12-il Kunsill Lokali u 40% tal-medda ġeografika ta' pajjiżna.

Waqt it-tnedija ta' dawn l-uffiċini l-ġodda s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo tkellem fuq ir-riformi li bħalissa għaddejjin fil-qasam tal-gvern lokali, fosthom wara żewġ rapporti li ġew ikkummissjonati mill-Kunsill Ewropew u kif ukoll mill-MIMCOL.

Stefan Buontempo sostna li dawn ir-riformi fi ħdan il-Kunsilli, ir-reġjuni u d-Dipartimenti għall-Gvern Lokali ser iwasslu sabiex ikollna Kunsilli Lokali aktar effiċjenti, aktar effettivi u aktar viċin in-nies.

Is-Segretarju Parlamentari sostna li bdiet ħidma wkoll sabiex aktar Kunsilli Lokali jieħdu l-massimu minn proġetti operattivi ta' fondi Ewropej, fondi li jistgħu jgħinu b' mod qawwi lill-Kunsilli Lokali sabiex ikomplu jinvestu fil-lokalitajiet tagħhom.

Stefan Buontempo sostna li dan il-Gvern, matul it-tliet snin li ġejjin, ser ikompli jagħti injezzjoni ta' għajnuna permezz ta' miljun ewro kull sena, li l-kunsilli jistgħu jibbenefikaw minnhom biex jimplimentaw proġetti kapitali fil-lokalitajiet tagħhom. Proġetti kapitali li, fi kliemu, ser isiru bil-għaqal hekk kif twaqqaf bord ta' aġġudikazzjoni li huwa indipendenti mis-Segretarjat Parlamentari.

Huwa għalaq billi sostna li fl-elezzjonijiet lokali ta' din is-sena ser ikollna l-implimentazzjoni ta' żewġ bidliet li nieda dan il-Gvern; dik li jivvutaw żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena u kif ukoll li t-terminu ta' dawn il-kunsilli ser ikun dak ta' 5 snin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow