IPPUBBLIKAT PARIR MILL-AVUKAT ĠENERALI DWAR PRINĊIPJU BAŻIKU TAL-KOSTITUZZJONI TA’ MALTA
pr150029
09/01/2015
Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qiegħed jippubblika parir tal-Avukat Ġenerali li jikkonferma kif il-Kostituzzjoni, li tirbaħ fuq kwalunkwe liġi oħra, fl-artiklu 85 tagħha tispjega li l-President ta’ Malta fil-qadi tal-funzjonijiet kollha tagħha trid timxi fuq il-parir tal-Kabinett jew ta’ ministru inkarigat mill-Kabinett. Hemm imbagħad numru ta’ eċċezzjonijiet li r-referendum mhuwiex wieħed minnhom.
Dan il-parir jikkontradixxi d-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar l-Att tar-Referenda u jikkonferma l-pożizzjoni indikata mill-Ministru Owen Bonnici waqt il-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata dalgħodu.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046
PR150029a.pdf