Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA TVARA L-FESTA TAĊ-ĊITRU FIL-PALAZZ TA’ SANT’ANTON

PR150024
Date Icon 09/01/2015

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, dalgħodu varat il-Festa taċ-Ċitru fil-Palazz ta’ Sant’Anton li se ssir fil-bitħa tal-Palazz il-Ħadd, 18 ta’ Jannar, deskritta mill-President bħala Festa għall-familji Maltin u Għawdxin.  

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-President ta’ Malta u s-Sur Preca bdew il-proċess tal-qtugħ tal-larinġ mis-siġar tal-Palazz ta’ Sant’Anton, flimkien ma’ għadd ta’ tfal minn tlett iskejjel, minn Dun Manwel Attard Education Resource Centre, mill-iskola primarja ta’ Ħ’Attard, u mill-kulleġġ ta’ San Alwiġi.

Il-President spjegat kif festa bħal din issir biex il-familji jkollhom attività oħra li tagħti lok ta’ rilassament għall-familji, u anki japprezzaw il-patrimonju Malti. Qalet li l-attività hija festa tal-familji biex kulħadd igawdi mill-benna ta’ frott li tipproduċi l-art ta’ pajjiżna, bħalma huwa l-frott taċ-ċitru u l-benna tiegħu.

Mil-lum ħaddiema tal-palazz, persuni mill-koperattiva Frott Artna,  mill-konsorzju ELC, u  għadd ta’ voluntiera,  jibdew il-proċess tal-qtugħ tal-larinġ, lumi u mandolin  li jinbiegħ waqt din il-festa taċ-ċitru. Il-kċina tkun għaddejja wkoll b’ħidma biex tipproduċi ikel magħmul miċ-ċitru bħal kejkjiet u muffins.

Waqt il-Festa Ċitru se jinbiegħ ikel tradizzjonali Malti, u larinġ frisk magħsur.  Minbarra attività fil-bitħa tal-Palazz, se jsiru wkoll tours tal-Palazz, u anki divertiment minn għadd ta’ baned fil-kappella Russa tal-Palazz. 

Id-dħul għall-Festa taċ-Ċitru huwa bla ħlas, u l-introjtu mill-begħ tal-prodotti se jsir b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow