Left arrow Go Back

IL-KUMPANIJA SPANJOLA TIEĦU UFFIĊJALMENT F’IDEJHA T-TRASPORT PUBBLIKU F’MALTA

pr150021
Date Icon 08/01/2015
Il-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon mil-lum ħadet f’idejha uffiċjalment is-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta, iżda se jinżamm l-isem Malta Public Transport.
Il-Ministru qal li l-Gvern kellu sfida kbira quddiemu, ta’ poplu li kien tilef il-fiduċja fit-trasport. Iżda minkejja li s-sitwazzjoni ma kinitx waħda faċli s-servizz mhux talli baqa’ għaddej mingħajr skossi talli l-kumpanija mmexxija mill-Gvern, irreġistrat żieda ta’ 10 fil-mija fin-numru ta’ passiġġieri u naqqset l-ilmenti kważi bin-nofs.
Il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiema tal-Malta Public Transport Services, lill-maniġment, lill-unjins u lil Transport Malta li ġibdu ħabel wieħed biex il-perjodu ta’ tranżizzjoni jirnexxi.
Huwa spjega li matul ix-xhur li ġejjin, kif jibdew jaslu l-karozzi tal-linja l-ġodda, ir-rotot jibdew jidħlu fis-seħħ gradwalment, b’mod li jkun hemm żieda ta’ 3 miljun kilometru fis-sena. Huwa fakkar li r-rotot huma mfasslin fuq dak li ried il-poplu, wara konsultazzjoni wiesgħa li kienet saret mal-Kunsilli Lokali kollha s-sena li għaddiet.
B’kollox, se jinxtraw 142 karozza tal-linja ġdida u sakemm jaslu, il-kumpanija Spanjola se tkun qed tikri 40 karozza tal-linja. Il-kumpanija se timpjega wkoll kemm xufiera kif ukoll impjegati ġodda sal-aħħar tas-sena.
Il-Ministru temm jgħid li l-Gvern qed jistenna li l-kumpanija twettaq dak li qiegħda twiegħed, għax il-poplu jixraqlu verament sistema aħjar minn dik li għandna llum, filwaqt li appella lill-poplu Malti biex ikun paċenjuż u jagħti ċans biex tindara s-sistema.
Id-Direttur tal-kumpanija Spanjola, Felipe Cosmen ħejja preżentazzjoni dwar kif se jkun qed jitmexxa l-operat tat-trasport pubbliku, fosthom l-istruttura ġdida ta’ xiri ta’ biljetti li tinċentiva lil dawk li ma jixtrux il-biljett minn fuq il-karozza tal-linja.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow