Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr150014
Date Icon 06/01/2015

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-fliexken tal-plastik tad-ditta ‘Tiger’ m’għandhomx jiġu użati minħabba riskju ta’ preżenza ta’ kimika mhux awtorizzata skont Regolament 10 tal-2011 dwar materjal tal-plastik u artikli li jiġu f’kuntatt mal-ikel.

Ta’ min jiġbed l-attenzjoni li dawn il-fliexken jinbiegħu ma’ roti ta’ ditta partikolari. 

Il-Kumpanija involuta ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq, iżda peress li ġie rrapurtat illi parti mill-konsenja laħqet inbiegħet lill-konsumatur, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow