Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA

PR150010
Date Icon 05/01/2015

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat laqa’ pożittivament l-istatistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart li għadha kif ippublikat l-NSO.

Huwa kompla billi qal li din l-istatistika tirrifletti żvilupp pożittiv fl-immaniġġjar sostenibbli tal-iskart, għaliex minkejja li ġie ġġenerat 5.5% aktar skart mis-sena ta’ qabel, inqas skart spiċċa mitfugħ fl-engineered landfill tal-Għallis.

Filwaqt li nnota li kien hemm żieda notevoli ta’ skart riċiklabbli li twassal fl-Impjant ta’ Sant Antnin u li kien isseparat fid-djar fil-boroż griżi u ħodor, stqarr ukoll li jeħtieġ aktar għarfien ta’ x’għandu jintefa’ f’dawn il-boroż sabiex il-materjal li jasal għand il-WasteServ Malta Ltd ikun ta’ kwalità aħjar.

Iż-żidiet sostanzjali ta’ madwar 17% fl-iskart isseparat fil-Bring in Sites u ċ-Ċentri għall-Iskart Goff ġew milqugħa pożittivament ukoll.

Il-Ministru stqarr li filwaqt li l-impenn minn-naħa tal-pubbliku wassal biex inqas tunnellaġġ ta’ boroż suwed kif ukoll inqas skart assoċjat ma’ packaging intefa’ fil-landfill, innota illi kwantità kbira ta’ riżorsi importanti bħall-karta, il-kartun, il-ħġieġ, il-plastik u l-metalli xorta waħda qed jispiċċaw fil-boroż is-suwed u bħala pajjiż għandna fejn intejbu aktar is-separazzjoni tal-iskart mid-djar. B’mod partikolari issa li ser tiġi introdotta t-tielet borża għall-iskart organiku f’proġett pilota f’erbgħa lokalitajiet.

Huwa temm jgħid li għalkemm dan huwa biss il-bidu ta’ triq twila biex Malta tilħaq il-miri u l-obbligi tagħha bħala pajjiż Ewropew, diġa qed tinħass sew il-koperazzjoni minn-naħa tal-pubbliku inġenerali fejn għandu x’jaqsam l-immaniġġjar responsabbli tal-iskart f’pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow