Left arrow Go Back

TITJIB FIL-KWALITÀ TAS-SERVIZZI MOGĦTIJA LILL-ANZJANI

PR150008
Date Icon 03/01/2015

Prijorità u impenn ewlieni għal din is-sena

Għal din is-sena, impenn ewlieni tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’ Diżabilità u Anzjanità Attiva se jkun it-titjib fil-kwalità tas-Servizzi offruti, speċjalment dawk fir-Residenza San Vinċenz de Paul.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana żaret ir-residenza San Vinċenz de Paule biex issegwi l-progress tax-xogħlijiet li qed isiru fis-sala l-ġdida St Joseph 3 li se tinfetaħ fi ftit ġranet oħra. Hi żaret ukoll is-swali li se jinfetħu fl-ewwel nofs ta’ din is-sena. Waqt iż-żjara tagħha, ġew identifikati wkoll xi swali oħra li fihom jista’ isir xi xogħol biex jiġu rrazzjonalizzati aħjar is-servizzi mogħtija. Impenn qawwi se jkun biex isir rebranding tar-Residenza u biex tkun Dementia Friendly.  Dan ħa jkun għaddej flimkien ma’ proġetti oħra bħal laundry u kċina ġodda. Fost oħrajn se jsiru wkoll xogħlijiet oħra maġġuri fil-kumpless Rużar Briffa fejn ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-MEPA.

Waqt iż-żjara tagħha, is-Segretarju Parlamentari attendiet għal kunċert imtella’ mit-taqsima għall- Anzjanità Attiva bil-parteċipazzjoni tal-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq.  Fl-indirizz tagħha, Dr Justyne Caruana rringrazzjat u faħħret lil min kien strumentali biex seħħet din l-attività speċjalment lit-taqsima għall-Anzjanità Attiva li ġiet imwaqqfa ġewwa San Vincenz de Paul.  Ħabbret ukoll li se jibda programm ta’ attivitajiet fid-djar tal-Gvern biex jingħata kwalità ta’ ħajja aħjar lir-residenti tagħna u biex verament iħossuhom f’darhom. Dan apparti wkoll programm ta’ xogħolijiet u manutenzjoni fid-djar residenzjali tal-Gvern li diġà beda jitwettaq, kif ukoll is-servizz ta’ night shelter u Servizzi ta’ Matul il-Jum għad-Demenzja li dalwaqt se jiġi inawgurat f’Għawdex.

Is-Segretarju Parlamentari daret ukoll xi swali fejn iltaqgħet u tkellmet mal-anzjani, il-ħaddiema u l-familjari tar-residenti, peress li kien il-ħin tal-ikel. Dr Caruana personalment, stħarrġet ukoll  dwar il-kwalità tal-ikel u dwar is-sistema l-ġdida li qed tiġi adoperata biex jitqassam l-ikel. B’sodisfazzjon innutat il-kummenti pożittivi li kien hemm mir-residenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow