STQARRIJJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
pr150006mt
03/01/2015
Assi b’valur ta’ €455.8 miljun irregolarizzati taħt l-iskema tar-reġistrazzjoni tal-investimenti 2014
Il-Ministeru għall-Finanzi jixtieq iħabbar li l-Iskema tar-Reġistrazzjoni tal-Investimenti 2014, li għalqet fit-30 ta’ Novembru 2014, attirat total ta’ 1,469 reġistrazzjoni valida, li jikkostitwixxu valur total ta’ €445.8 miljun f’assi eleġibbli.
Mill-ammont totali ta’ assi li ġew irriġistrati, €69.8 miljun jew 15 fil-mija tat-total, ġie rripatrijat wara r-reġistrazzjoni.
It-total tal-miżati li rċieva l-Gvern mir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-investimenti, wara li tħallsu l-kummissjonijiet lill-aġenti tar-reġistrazzjoni, ammontaw għal €32 miljun.
L-Iskema ġiet imnedija f’Lulju 2014 sabiex individwi u kumpaniji residenti f’Malta ikollhom l-opportunità li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom taħt l-Income Tax Act, fir-rigward tal-pussess tagħhom ta’ assi eleġibbli derivati minn dħul mhux dikjarat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046