IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TAWGURA S-SENA T-TAJBA LILL-ANZJANI U L-IMPJEGATI TAR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL
Għall-okkażjoni tal-ewwel jum tas-sena, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, żaret lir-residenti u lill-impjegati ta' San Vinċenz de Paul sabiex tagħtihom l-awguri għas-sena l-ġdida. Is-Segretarju Parlamentari rringrazzjat lill-impjegati tax-xogħol siewi tagħhom li taw matul is-sena li għaddiet u enfasizzat dwar il-ħtieġa tal-kwalità tas-servizz biex l-anzjani tagħna jkollhom kwalità ta' ħajja tajba. Waqt iż-żjara tagħha, Justyne Caruana ltaqgħet ukoll ma’ xi familjari li kienu qed iżuru lil qrabathom fejn ukoll saħqet dwar l-importanza li l-familjari jżommu kuntatt ma’ qrabathom anzjani fir-residenzi mhux biss f'dawn iż-żminijiet imma matul is-sena kollha.
Fiż-żjara tagħha, Justyne Caruana semmiet ukoll ir-rinnovar tas-swali fir-Residenza, fosthom il-proġetti tas-Swali St Francis 3, St Francis 4, u St Joseph 3 li se tinfetaħ uffiċjalment fi ftit ġranet oħra.
Is-Segretarju Parlamentari kienet akkumpanjata mill-Kap Eżekuttiv tar-residenza, Dr. Josianne Cutajar
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046