Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr150002
Date Icon 01/01/2015

Fil-jum tal-Ewwel tas-Sena, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela żar lill-membri tal-Forzi Armati fiċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Armata, f’Ħal-Luqa.

F’din iż-żjara, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol siewi li jagħmlu l-membri kollha tal-Armata.

Partikolarment fiċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tal-Armata, isiru funzjonijiet essenzjali fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali sabiex jiġi żgurat li filwaqt li Malta tosserva l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħha, kull pajjiż fil-konfront ta’ pajjiżna jkun ukoll qed jirrispetta l-obbligi tiegħu.

Iċ-ċentru tal-Operazzjonijiet hu responsabbli wkoll mil-linja ta’ emerġenza tal-112. Il-Ministru appella lill-pubbliku biex din il-linja tintuża b’mod responsabbli.

Wara din iż-żjara, il-Ministru Carmelo Abela għamel żjara lill-uffiċjali korrettivi li llum kienu xogħol fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Hawnhekk il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiema li f’ġurnata bħal din, f’postijiet li huma importanti għas-sigurtà ta’ pajjiżna, jibqgħu għaddejjin qisha kwalunke ġurnata normali oħra minkejja li ħafna nies jinġabru ma’ familthom biex jiċċelebraw dawn il-mumenti uniċi tas-sena.

Dawn iż-żjarat qed isiru wara li fil-Jum tal-Milied, il-Ministru għall-Intern żar u rringrazzja wkoll lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u lill-Pulizija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow