STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
PR-150364
21/02/2015
Il-Gvern Malti jiċċara li huwa diġà għamel talba formali lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi oħra biex jgħaddu l-informazzjoni rigward il-persuni b’ konnessjoni ma’ Malta li jissemmew fil-lista ta’ kontijiet bankarji magħrufa bħala SwissLeaks.
Il-Gvern talab ukoll lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi oħra informazzjoni oħra relatata li kienet ħarġet għall-ewwel darba xi snin ilu iżda ma ġietx segwita.
Il-Gvern jifhem ukoll li jekk mezzi tax-xandir lokali għandhom informazzjoni, dawn jgħadduha bil-protezzjoni kollha għas-sorsi tagħhom, lill-awtoritajiet konċernati biex ikunu jistgħu jinvestigaw.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046