STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
B’referenza għal dak li qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar is-sentenza li ngħatat illum mill-Prim Awla tal-Qorti Civili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) il-Gvern jerġa’ jiċċara li l-Oppożizzjoni fil-Parlament għandha numru ta’ siġġijiet li huwa skont il-Kostituzzjoni u proporzjanat għan-numru ta’ voti li ġabet fl-aħħar elezzjoni.
Il-Gvern għandu kull dritt illi jappella d-deċiżjoni u dan wisq iżjed f’materja importanti bħal din illi tikkonċerna t-tħaddim tal-Kostituzzjoni nnifisha.
Il-Gvern jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-fatt ovvju li skont dak li tipprovdi l-liġi proċedurali u skont dak li jiddetta ukoll id-dritt għas-smiegħ xieraq, kull sentenza ta’ qorti tal-ewwel grad li tiġi appellata ma tkunx waħda finali u għalhekk waqt li jkun hemm appell pendenti jew waqt li jkun għadu għaddej iż-żmien sabiex jiġi preżentat appell dik is-sentenza ma tkunx esegwibbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046