19-IL ENTITÀ SPORTIVA JIBBENEFIKAW MINN SKEMI DIVERSI TA’ FONDI TAL-KMS
pr143024
31/12/2014
Il-Kunsill Malti għall-Isport huwa kommess li jgħin sabiex l-assoċjazzjonijiet / federazzjonijiet sportivi Maltin u l-atleti tagħhom jilħqu l-livell professjonali fl-operat tagħhom. Dan jintlaħaq mhux biss bil-programmi offruti mill-istess KMS imma wkoll bl-għotjiet ta’ assistenza permezz ta’ skemi diversi, bl-għan li l-assoċjazzjonijiet / federazzjonijiet sportivi jkunu wkoll awtosuffiċjenti.
Kienu 19-il għaqda li bbenefikaw minn skemi ta’ assistenza tal-Kunsill Malti għall-Isport. Dawn l-għaqdiet applikaw u kienu eligibbli biex jibbenefikaw minn fondi taħt diversi skemi fosthom, dawk li:
1. Ikopru n-nefqa kapitali
2. Għotja għal xiri ta’ tagħmir tekniku
3. Skema għall-investiment fil-faċilità
4. Skema għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni internazzjonali
5. Turiżmu sportiv
6. Skemi intenzjonati għall-iżvilupp tal-atleti
L-għotjiet ingħataw mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius flimkien maċ-Ċermen tal-Kunsill Malti għall-Isport Luciano Busuttil.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046