Left arrow Mur Lura

IFFIRMAT FTEHIM TA’ KONĊESSJONI GĦALL-FTUĦ U L-OPERAT TA’ CASINO BEJN IL-GVERN U L-EDEN LEISURE GROUP

PR143018
Date Icon 30/12/2014

Wara perjodu ta’ diskussjonijiet u negozjati, il-Gvern iffinalizza u ffirma ftehim ta’ konċessjoni ta’ 10 snin għall-ftuħ u l-operat ta’ Casino mal-Eden Leisure Group.

L-Eden Leisure Group Limited kien identifikat bħala l-proponent favorit fi tmiem proċess kompetittiv li beda fil-31 ta’ Lulju 2013 u li tmexxa mill-Privatisation Unit.

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Chris Cardona qal li permezz ta’ din il-konċessjoni l-Gvern qed ikompli jibgħat messaġġ ċar li lest li jkompli jaħdem bla heda biex isaħħaħ ir-ritmu ekonomiku mgħaġġel li qabad il-pajjiż.

“L-investiment li se jinħoloq permezz ta’ din il-konċessjoni huwa dikjarazzjoni ta’ fiduċja f’Malta, fil-ħaddiema Maltin u s-suċċess ekonomiku tal-pajjiż. Investimenti ta’ dan it-tip huma essenzjali għat-tkabbir ekonomiku, l-istabilità ekonomika u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi ta’ kwalità”, saħaq il-Ministru Chris Cardona.

Il-Gvern, kif diġà ħabbar, stieden ukoll lit-tieni l-aktar proponent favorit (Dragonara Gaming Ltd) biex jidħol f’negozjati miegħu bl-eventwalità li tingħata t-tieni liċenzja għall-Casino.

Din id-deċiżjoni li l-Gvern jidħol f’negozjati bl-eventwalità li tingħata t-tieni liċenzja għall-Casino, ittieħdet wara perjodu adekwat ta’ deliberazzjoni professjonali, fejn ittieħed inkonsiderazzjoni t-tkabbir ekonomiku f’terminu ta’ impjiegi, dħul akbar għall-Gvern u attività ekonomika fis-settur kummerċjali tad-divertiment f’reġjun ġeografiku partikolari f’Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow