Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

pr143010
Date Icon 28/12/2014
B'referenza għall-istqarrijiet preċedenti dwar l-inċident li fih hemm involut il-vapur Norman Atlantic:
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għadu kemm ġie nfurmat li l-passiġġier, indikat li għandu forma ta' identifikazzjoni Maltija, abbord il-vapur Norman Atlantic, ġie salvat mill-post tal-inċident u qed jittieħed lejn Ravenna, l-Italja, abbord il-bastiment Spirit of Pireus.
L-ewwel indikazzjonijiet jgħidu li l-passiġġier m'huwiex midrub u jinsab f'kundizzjoni tajba ta' saħħa.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin se jkun qed jinżamm infurmat bil-ħin u l-post preċiż ta' fejn se jitwassal il-passiġġier, li huwa possibilment Sirjan residenti f’Malta.
Il-Gvern Malti jirringrazzja lill-awtoritajiet internazzjonali, b’mod partikulari dawk Taljani u dawk Griegi, għas-sehem tagħhom f'din l-operazzjoni ta' salvataġġ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow