STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
PR143006
28/12/2014
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jinforma li l-Awtoritajiet Maltin jinsabu f'kuntatt mal-Awtoritajiet Taljani biex jiksbu informazzjoni dwar l-inċident li fih hemm involut il-vapur Norman Atlantic, li jtajjar bandiera Taljana.
L-Awtoritajiet Maltin huma infurmati li hemm passiġġier wieħed imniżżel bħala Malti fuq il-lista tal-passiġġieri tal-vapur.
Waqt li s-sitwazzjoni għadha qed tevolvi, s'issa ma hemmx rapporti ta' mwiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046