Left arrow Mur Lura

​STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA

PR142991
Date Icon 23/12/2014

Il-Gvern Malti jgawdi mill-ikbar fiduċja tal-poplu minn fost il-gvernijiet tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea

L-istħarriġ xjentifiku li għamlet il-Kummissjoni Ewropea f’Novembru li għadda fost iċ-ċittadini madwar l-Ewropa kollha, u li r-riżultati tiegħu għadhom kemm ġew ippublikati, jikkonferma l-livell għoli ta’ ottimiżmu li bħalissa hawn f’pajjiżna.

56% jemmnu li pajjizna sejjer fid-direzzjoni t-tajba. Din hija l-ogħla proporzjon minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u tikkuntrasta sew mat-30% biss li kien irreġistrat f’Novembru tal-2012 u l-25% f’Novembru tal-2009, l-istess perjodu tal-leġislatura preċedenti.

Minn dawk intervistati, 90% qalu li huma sodisfatti b’ħajjithom bħalissa, b’kuntrast mas-76% li kienu qalu hekk f’Novembru tal-2012 – l-aħħar stħarriġ li kien sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti, kif ukoll mas-72% li kien ħareg fl-istħarriġ li kien sar f’Novembru tal-2009.

Fl-istħarriġ ta’ din is-sena, 81% qalu li l-finanzi tagħhom marru għall-aħjar, titjib mit-63% li kienu qalu hekk f’Novembru 2012. Iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin huma t-tieni l-aktar madwar l-Unjoni Ewropea li qed iħossu li l-qagħda fis-suq tax-xogħol sejra tajjeb, b’żieda ta’ aktar minn 20% minn Novembru 2012. Aktar minn kwart jemmnu li l-impjieg tagħhom se jmur aħjar u li l-qagħda finanzjarja tal-familja tagħhom se titjieb matul it-tnax-il xahar li ġejjin.

73% iħossu wkoll li l-ekonomija sejra tajjeb, kontra 44% f’Novembru 2012 u 22% f’Novembru 2009. Il-familji Maltin u Għawdxin huma t-tielet l-aktar li qed ibassru li ħajjithom se tmur għall-aħjar, b’aktar minn 40% isostnu hekk, kontra s-27% f’Novembru tal-2012 u t-18% f’Novembru tal-2009.

Minkejja li l-Oppożizzjoni qed tara l-bozoz ħomor, il-Eurobarometer juri li, meta mqabbel mal-leġislatura li għaddiet, hawn ħafna inqas tħassib fuq il-qagħda ekonomika bħalissa, 7% kontra 19%, u fuq l-inflazzjoni, 33% kontra 64%. Kien hemm ukoll tnaqqis qawwi, minn 24% f’Novembru tal-2012 għal 15% f’Novembru tal-2014, fil-proporzjon ta’ dawk li jħossu li d-dejn nazzjonali huwa problema għal pajjiżna.

L-istħarriġ jikkonferma li l-familji qed iżidu l-fiduċja taghhom fil-Gvern. Fil-fatt il-poplu Malti huwa dak li l-aktar għandu fiduċja fl-amministrazzjoni preżenti minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, b’56% jafdaw lill-Gvern. F’Novembru tal-2012 kienu biss 34% li kienu jafdaw lill-Gvern.

Dawn ir-riżultati jissudaw ir-rieda qawwija u l-enerġija pożittiva tal-Gvern biex, b’umiltà, ikompli jaħdem biex jilħaq l-aspettattivi tal-familji Maltin u Għawdxin billi jieħu deċiżjonijiet importanti li jkabbru l-opportunitajiet ekonomiċi u jqassmu l-ġid b’mod ġust.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow