Left arrow Go Back

​TIĠI MNEDIJA POLICY TAL-MEPA DWAR IS-SOLAR FARMS

pr142990
Date Icon 22/12/2014

Diġà daħlu 72 sottomissjoni mis-settur privat dwar is-Solar Farms Policy

Meta kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-MEPA dwar is-Solar Farms Policy - is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, Michael Falzon qal li kienu diġà daħlu 72 sottomissjoni mingħand is-settur privat dwar is-Solar Farms Policy, fl-ewwel stadju ta’ konsultazzjoni pubblika.

Qal ukoll li f’dawn l-aħħar tnax-il xahar ġew imnedija diversi policies mill-MEPA u li din se tkun l-aħħar policy għal din is-sena. Din hija xhieda ta’ ħidma kontinwa ta’ amministrazzjoni bieżla u li tħares ’il quddiem.

Kompla jgħid li din il-Policy hija riżultat ta’ koperazzjoni ħajja bejn żewġ Ministeri. Kien hemm parti minnha, fejn kellha x’taqsam it-teknoloġija li kienet taqa’ taħt il-Ministeru tal-Enerġija u l-parti l-oħra fejn jidħol l-użu tal-art, l-aspett ta’ ppjanar u ta’ żvilupp, li ħadet ħsiebha l-MEPA. Dan kien eżempju ċar ta’ kif taħdem din l-amministrazzjoni, u tirrifletti wkoll il-pjan ħolistiku bħala pajjiż, fejn tidħol il-ġenerazzjoni tal-enerġija. Punt ieħor kruċjali ta’ din il-politika hi li din hi Policy li tħares l-ambjent. F’din il-Policy hemm direzzjoni kif nirrijabilitaw barrieri mitluqa u kif nagħmlu użu aħjar ta’ siti li huma diġà kommessi, bħall-hangars, etc.  Il-Policy tħares lejn enerġija nadifa, u enerġija rinnovabbli fejn pajjiżna għandu target li jrid jilħaq 10% sas-sena 2020.

F’din il-konferenza stampa tkellmu wkoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa, Ronald Mizzi, il-Perit Joseph Scalpello, li spjega fid-dettall din il-Policy kif ukoll iċ-Chairman tal-Awtorità tal-MEPA Vincent Cassar.

Il-Policy proposta tista’ titniżżel minn fuq il-website tal-Awtorità www.mepa.org.mt. Individwi u organizzazzjonijiet qed jiġu mistiedna biex jibgħatu l-kummenti tagħhom dwar din il-Policy bil-miktub lil:

MEPA,

Chief Executive Officer,

Solar Farms Policy

P.O. Box 200, Marsa MRS 1000;

jew permezz tal-email: solarfarms.policy@mepa.org.mt

Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand l-Awtorità sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 13 ta’ Frar 2015.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow