IL-PRIM MINISTRU U S-SINJURA MUSCAT JILQGĦU LILL-PUBBLIKU F'KASTILJA FL-OKKAŻJONI TAS-SENA L-ĠDIDA
PR142987
22/12/2014
Il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta’ Kastilja biex jawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tas-sena l-ġdida.
Il-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat se jiltaqgħu mal-pubbliku l-Erbgħa 31 ta’ Diċembru bejn it-3.30pm u l-5pm.
Kull min jixtieq jiltaqa' mal-Prim Ministru u mas-Sinjura Muscat qed jintalab iċempel fuq 2200 2400 biex iħalli d-dettalji tiegħu.
Waqt li jkun fil-Berġa ta’ Kastilja, il-pubbliku se jkun jista’ jara s-swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi u kull min jixtieq, se jkun jista’ wkoll jiffirma l-Ktieb tal-Viżitaturi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046