STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA
Jibdew deħlin il-flus fl-Enemalta mill-konsorzju ElectroGas
Fl-aħħar sigħat sar l-ewwel pagament mit-tletin miljun ewro li l-konsorzju ElectroGas se jkun qed jgħaddi lill-Enemalta.
Il-pagament ta’ €2.5 miljun huwa l-ewwel minn tnax-il pagament parti mit-tletin miljun ewro li l-konsorzju ElectroGas se jkun qed jgħaddi lill-Enemalta fuq medda ta’ tnax-il xahar.
Dan kollu qed isir fi sfond fejn il-mod ta’ kif l-Enemalta, Shanghai Electric Power u ElectroGas se jaħdmu flimkien, ġie iffinalizzat.
Dan il-pagament huwa parti mill-pjan finanzjarju tal-Enemalta. Pjan li se jwassal mhux biss biex l-Enemalta tkun b’saħħitha u tħares ‘il quddiem iżda wkoll biex jorħsu l-kontijiet tad-dawl b’medja ta’ 25% u 5% tal-ilma għall-familji f’Marzu li għadda filwaqt li f’Marzu li ġej se jkunu wkoll qed jorħsu għan-negozji b’25%.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046