Left arrow Mur Lura

​INAWGURAT IL-QALA FOLK ART MUSEUM

PR142980
Date Icon 20/12/2014

Is-Sindku tal-Qala l-Perit Clint Camilleri flimkien mal-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo fetħu uffiċjalment il-Qala Folk Art Museum. Dan il-proġett huwa ffinanzjat permezz tal-ewwel skema għal proġetti għall-Kunsilli Lokali fil-programm ta’ żvilupp lokali Eko-Għawdex (€60,000) kif ukoll minn fondi Ewropej li l-Kunsill akkwista taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007 – 2013, taħt il-miżura 313 (€32,000).

F’din l-okkażjoni, s-Sindku Clint Camilleri nieda wkoll il-Heritage Trail tal-lokal, li wkoll ġiet iffinanzjata mill-istess fondi Ewropej (€39,000) fejn ġew ippublikati leaflets kif ukoll materjal awdjo-visiv li jiġbru l-postijiet ta’ interess storiku u kulturali fil-Qala fuq pjanta waħda.

Fil-passat, din il-proprjetà kienet tintuża bħala għassa tal-pulizija. Permezz ta’ dan il-finanzjament, din l-għassa li ma baqgħetx tintuża, u nbidlet fi proġett kulturali għall-komunità tal-Qala flimkien mas-soċjetà Għawdxija.

Is-Sindku l-Perit Camilleri qal li l-viżjoni għal dan il-mużew tisħaq il-potenzjal tal-kultura lokali fil-gżira reġjonali ta’ Għawdex. L-espressjoni kulturali f’dan il-proġett għandha tiġġenera spirtu ta’ għarfien biex l-esperjenza umana fil-kultura tkun apprezzata aktar. Il-mużew mhux biss qiegħed jesebixxi l-kollezzjoni tiegħu, iżda qiegħed wisq aktar jaghti spazju għal arti kontemporanja flimkien ma’ espressjoni folkloristika.

Il-Kunsill jixtieq iħeġġeġ lill-pubbliku biex jipparteċipa fil-kalendarju kulturali li l-Kunsill tal-Qala se jniedi fi ftit taż-żmien ieħor.

Barra minn hekk, dan il-mużew se jservi wkoll bħala ċ-ċentru tal-Heritage Trail tal-Qala, fejn kull min iżur din il-lokalità jista’ jakkwista pubblikazzjonijiet relatati mal-wirt kulturali tal-istess raħal minn dan il-post.

Minn naħa tiegħu, l-Ministru Refalo qal li dan il-mużew se jkun vetrina  għat-tradizzjonijiet lokali u għall-folkor tar-raħal tal-Qala u l-gżira t’Għawdex. Permezz ta’ dan il-proġett, il-pubbliku in ġenerali kif ukoll it-turisti se jkollhom l-opportunità japprezzaw it-tradizzjonijiet Għawdxin u l-valur tal-folkor fis-socjetà Maltija.

Dan il-proġett jagħti wkoll spinta lill-istrateġija tal-Gvern biex jirriklama lill-Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow