Left arrow Go Back

38 ORGANIZZAZZJONI FI ĦDAN IS-SOĊJETÀ ĊIVILI JIRĊIEVU GĦAJNUNA MINGĦAND IL-GVERN PERMEZZ TA’ FOND TA’ €341,000

pr142979
Date Icon 19/12/2014

Dawn il-fondi huma intiżi biex jassistu l-organizzazzjonijiet biex ikunu aktar attivi fuq livell Ewropew

Tmienja u tletin organizzazzjoni fosthom unions, assoċjazzjonijiet, gruppi ta’ appoġġ u entitajiet mhux governattivi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, irċevew bejniethom total ta’ €341,000 f’għajnuna mill-Gvern sabiex ikunu aktar attivi fuq livell Ewropew.

Fl-indirizz qasir li għamlet, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli fissret l-importanza ta’ dan il-fond tas-soċjetà ċivili li twaqqaf bil-għan li jassisti lill-organizzazzjonijiet fil-ħidma tagħhom.

Hija tkellmet fuq l-importanza li organizzazzjonijiet differenti fi ħdan is-soċjetà ċivili jkunu affiljati mal-ekwivalenti tagħhom f’livell Ewropew, kif ukoll li jkun hemm parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi barra minn Malta biex b’hekk, kulħadd jibqa’ aġġornat fil-qasam tiegħu.

Għas-sena d-dieħla, il-Gvern se jkun qed iżid il-baġit f’dan il-qasam b’aktar minn €60,000, fejn b’kollox għal dan il-fond, ġew allokati total ta’ €450,000 f’għajnuna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow