Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA, L-UFFIĊĊJU TAL-FOCAL POINT NAZZJONALI U L-KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B’DIŻABILITÀ

pr142978
Date Icon 19/12/2014

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, u l-Uffiċċju tal-Focal Point Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità flimkien jikkundannaw l-aġir tal-persuna responsabbli mill-petizzjoni li qiegħda tinġabar f’Kunsill Lokali partikolari biex persuni b'diżabiltà ma jibqgħux fl-impjieg tagħhom. L-entitajiet għamlu kuntatt mal-amministrazzjoni tal-Kunsill konċernat biex il-każ qiegħed jiġi investigat.

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva embarka fuq kampanja qawwija biex jippromwovi l-abbiltajiet ta’ persuni b’diżabilità u x-xogħol għall-persuni b’diżabilità, dan permezz ukoll tal-miżuri mħabbra fil-baġit li għadda.  Dan jirrendi dan l-aġir iktar deplorevoli u kundannabbli.

Il-Gvern, permezz ukoll tal-entitajiet tiegħu u b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità jibqa’ kommess biex kontinwament jaħdem favur l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità u ser jieħu l-passi u l-miżuri kollha meħtiega b’rabta ma’ dan il-każ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow