STQARRIJA KONĠUNTA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA, L-UFFIĊĊJU TAL-FOCAL POINT NAZZJONALI U L-KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, u l-Uffiċċju tal-Focal Point Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità flimkien jikkundannaw l-aġir tal-persuna responsabbli mill-petizzjoni li qiegħda tinġabar f’Kunsill Lokali partikolari biex persuni b'diżabiltà ma jibqgħux fl-impjieg tagħhom. L-entitajiet għamlu kuntatt mal-amministrazzjoni tal-Kunsill konċernat biex il-każ qiegħed jiġi investigat.
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva embarka fuq kampanja qawwija biex jippromwovi l-abbiltajiet ta’ persuni b’diżabilità u x-xogħol għall-persuni b’diżabilità, dan permezz ukoll tal-miżuri mħabbra fil-baġit li għadda. Dan jirrendi dan l-aġir iktar deplorevoli u kundannabbli.
Il-Gvern, permezz ukoll tal-entitajiet tiegħu u b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità jibqa’ kommess biex kontinwament jaħdem favur l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità u ser jieħu l-passi u l-miżuri kollha meħtiega b’rabta ma’ dan il-każ.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046