Left arrow Go Back

UFFIĊJALI MILL-PARLAMENT TA’ MALTA JAGĦTU D-DEMM

PR142976
Date Icon 19/12/2014

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, kien preżenti għal għotja ta’ demm li saret minn numru ta’ uffiċjali li jaħdmu fil-Parlament ta’ Malta li llum, 19 ta’ Diċembru, żaru ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamangia.

Anġlu Farrugia appella sabiex iktar ħaddiema jingħaqdu fi gruppi u jersqu biex jagħtu d-demm fil-jiem li ġejjin fejn id-domanda preżenti tista’ faċilment issir aktar akuta.  Huwa appella wkoll sabiex filwaqt li kulħadd għandu jieħu l-opportunità li jiċċelebra f’dan iż-żmien ta’ festi, għandha ssir attenzjoni f’dak li huwa konsum ta’ alkoħol; kawża prinċipali ta’ inċidenti tat-traffiku li invarjabbilment tista’ twassal sabiex ir-riserva tad-demm tkompli tonqos serjament.

L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-uffiċjali ta’ din l-inizjattiva u żied jgħid li dan il-ġest iwassal għal sodisfazzjon personali, partikolarment f’dan iż-żmien ta’ festi u għoti ta’ xewqat sbieħ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow