IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA TINAWGURA L-UFFIĊJU L-ĠDID TAL-KUMMISSJONI TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
pr142967mt
18/12/2014
Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Diċembru 2014, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca,inawgurat l-uffiċju l-ġdid tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li mill-Palazz, il-Belt, mexa għal Palazzo Spinola, Triq San Kristofru, il-Belt Valletta. Hija ġiet milqugħa miċ-Chairman tal-Kummissjoni, is-Sur Louis P. Naudi, mis-Segretarju Eżekuttiv, is-Sinjura Christine Schembri, mill-membri u mill-istaff kollu tal-Kummissjoni.
Din l-okkażżjoni ġiet kommemorata bi kxif ta’ plakka mill-President, wara li ċ-Chairman tal-Kummissjoni, għamel diskors tal-okkażjoni. Il-President ippreżentat ukoll tifkira ta’ rikonoxxoment lis-Sinjorina Josephine Attard, uffiċjal pubbliku li ilha għal dawn l-aħħar 32 sena taħdem fl-Uffiċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Is-Sur Naudi, ippreżenta lill-President donazzjoni ta’ flus miġbura mill-membri tal-Kummissjoni u mill-istaff b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046