STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għan-nom tal-Gvern ta’ Malta jifraħ lill-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kuba hekk kif ħabbru l-bidu tan-normalizzazzjoni fir-relazzjonijiet bilaterali bejniethom wara aktar minn ħamsin sena ta’ distakkament.
L-inizjattiva li jerġgħu jitrawmu skambji ekonomiċi, politiċi u bejn il-popli ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi ġirien huwa mument storiku fir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kuba. Malta tilqa’ l-għajnuna tal-Gvern Kanadiż u l-Papa Franġisku li ffaċilitaw dan id-djalogu.
Malta ssostni l-isforzi tal-Unjoni Ewropea li tinnegozja ftehim dwar Djalogu Politiku u Kooperazzjoni ma’ Kuba, li mhux biss iwassal għall-qafas ta’ kooperazzjoni li se jqarreb liż-żewġ naħat, imma wkoll jassisti lil Kuba fil-proċess ta’ riformi u modernizzar għall-benefiċċju tal-poplu Kuban.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046