Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr142963
Date Icon 18/12/2014

Malta bl-akbar żieda fl-opportunitajiet ta’ xogħol fl-Unjoni Ewropea 

Matul it-tielet kwart tal-2014, Malta kellha l-akbar żieda fl-opportunitajiet ta' xogħol fost il-pajjiżi kollha Ewropej u issa huwa biss fil-Ġermanja li hemm opportunitajiet ta’ xogħol aktar milli hawn f’Malta.

Dan ir-riżultat pożittiv huwa kkonfermat mill-aġenzija tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, li llum ippubblikat statistika dwar kemm hemm opportunitajiet ta’ xogħol f’kull pajjiż u kif jitqabbel mal-postijiet tax-xogħol eżistenti.

Ir-rata ta’ opportunitajiet ta’ xogħol f’Malta huwa kważi d-doppju ta’ dak fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. L-akbar differenza tinħass fis-settur tas-servizzi fejn f’Malta qed ikun hemm id-doppju tal-opportunitajiet ta’ xogħol – job vacancies – li hemm fis-setturi tal-industrija u l-kostruzzjoni. Imma, anke f’dawn tal-aħħar, ir-rata ta’ opportunitajiet ta’ xogħol f’Malta hija ogħla ferm aktar minn dik fil-bqija tal-Ewropa.

L-istatistika tal-Eurostat għal Malta tkopri biss l-azjendi li għandhom aktar minn 10 impjegati. Jiġifieri l-ammont ta’ opportunatijiet ta’ xogħol li jeżistu f’azjendi iżgħar m’huwiex inkluż f’din l-istatistika.

Il-pubblikazzjoni tal-Eurostat għandha tiġi interpretata wkoll fid-dawl tar-riżultati eċċellenti li qed jikseb pajjiżna fil-ħolqien tal-impjiegi. Minkejja li pajjiżna kellu l-akbar rata ta’ tkabbir ta’ mpjiegi fiż-żona ewro, xorta qed ikollu t-tieni l-ogħla rata ta’ job vacancies. Dan jikkonferma l-potenzjal kbir li għandu pajjiżna. Lil hinn mill-bozoz ħomor li qed tara l-Oppożizzjoni, l-azjendi f’pajjiżna huma għatxana għal iktar ħaddiema u jridu jkabbru l-operat tagħhom.

Huwa f’dan id-dawl li l-Gvern huwa kommess biex ikompli jattira aktar nies lejn is-suq tax-xogħol. Għalhekk qiegħed jimplimenta miżuri importanti, bħas-servizz ta’ childcare b’xejn għal kulħadd u inċentivi fiskali li jiffaċilitaw li aktar nisa joħorġu jaħdmu. Dan il-Gvern qed joffri skemi ta’ in-work benefits għal dawk li bħalissa qegħdin fuq benefiċċji soċjali u qed iżid l-investiment tiegħu fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fost l-oħrajn bil-Youth Guarantee Scheme.

Permezz tal-ottimiżmu tal-investituri l-ġodda u l-azjendi eżistenti tagħna, pajjiżna se jkompli jaħtaf l-opportunità li jkun fost l-aqwa pajjiżi fl-Ewropa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow