Left arrow Mur Lura

KONFERENZA DWAR L-EFFIĊJENZA FIS-SETTUR EDUKATTIV

PR142962
Date Icon 18/12/2014

Illum ġiet organizzata s-sitt konferenza bl-isem ‘Effiċjenza fil-Ħidma tal-Gvern’ imtella’ mill-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija Anthony Agius Decelis bis-sehem tal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo.

Ġie diskuss il-progress edukattiv fejn tkellmu Anthony Agius Decelis, il-Ministru Evarist Bartolo kif ukoll l-istakeholders mistiedna li esprimew is-suġġerimenti tagħhom.

Il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija Agius Decelis emfasizza kemm l-edukazzjoni hija l-aqwa arma li għandna fid-dinja globalizzata u kompetittiva tal-lum u li din hija ċ-ċavetta għall-progress kemm għaċ-ċittadini b’mod individwali kif ukoll għall-pajjiż. Huwa esprima l-ħsieb tiegħu li għandu jkun hemm iktar kollaborazzjoni bejn il-Gvern, il-privat u l-istituzzjonijiet edukattivi bħalma hi l-Università fejn tidħol riċerka. Dan minħabba l-fatt li qed issir ħafna riċerka iżda din mhix tiġi utilizzata.

Il-Ministru Evarist Bartolo saħaq li huwa importanti li nagħmlu l-ħajja iktar faċli għaċ-ċittadini. Il-Ministru tkellem dwar l-idea li jkun aktar effettiv jekk isir inventarju tas-servizzi li qed jingħataw lill-pubbliku. Din tkun sempliċiment lista biex imbagħad naraw fejn u kif tista’ ssir is-simplifikazzjoni. Fl-istess waqt, il-proċeduri ta’ kif jittieħdu d-deċiżjonijiet għandhom dejjem ikunu trasparenti u li għandha tingħata spjegazzjoni ċara liċ-ċittadini ta’ x’inhu s-servizz u x’inhuma l-proċeduri konċernati.

Il-Ministru emfasizza wkoll li filwaqt li sar ħafna progress siewi fejn jidħlu servizzi offruti online,  u li dawn iridu jkomplu jiżdiedu, ma rridux ninsew lil dawk il-persuni li jew m’għandhomx biżżejjed edukazzjoni jew aċċess għall-użu ta’ sistemi elettroniċi li jistgħu jagħmlu użu minn dawn is-servizzi. Għaldaqstant, dawn is-servizzi għandhom jibqgħu jingħataw b’mod dirett ukoll biex ikunu ta’ għajnuna għal kulħadd.

Il-Ministru semma bosta inizjattivi li ttieħdu iżda x-xogħol dejjem irid ikompli hekk kif jibqa’ l-fatt li għad fadal xi jsir f’diversi setturi.

Il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija Anthony Agius Decelis kif ukoll il-Ministru Evarist Bartolo ħeġġew lil dawk preżenti jkomplu jressqu l-proposti li jkollhom biex dejjem intejbu s-servizzi edukattivi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow