Left arrow Go Back

SERVIZZ ĠDID TAT-TRASPORT PUBBLIKU MINN JANNAR

pr142959
Date Icon 17/12/2014

Il-poplu Malti u Għawdxi se jkollu servizz ġdid tat-trasport pubbliku minn Jannar li ġej, kif ippjanat.

Dan wara li llum, il-Qorti ċaħdet il-mandat ta’ inibizzjoni li tressaq mill-konsorzju Island Buses Malta biex il-Gvern ma jiffirmax il-kuntratt mal-kumpanija Spanjola Auto Buses de Leon.

Id-deċiżjoni tal-Qorti tfisser li l-Gvern miexi fit-triq it-tajba u li se jkompli jaħdem biex fiż-żmien li ġej, il-poplu Malti u Għawdxi jkollu servizz tat-trasport pubbliku li verament jixraqlu.

B’reazzjoni għal din l-aħbar, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li minkejja kull tfixkil li sar fil-konfront tal-Gvern matul dawn l-aħħar xhur, dak li ġie mwiegħed lill-poplu, se jiġi mwettaq.

Huwa tenna li l-Gvern mhux qed iwiegħed mirakli iżda se jħares lejn iż-żmien li ġej bħala sfida importanti għal pajjiżna.

Minn Jannar li ġej, se jkunu qed jidħlu fis-seħħ gradwalment ir-rotot il-ġodda tat-trasport pubbliku. Dan sar wara konsultazzjoni wiesgħa li saret mal-Kunsilli Lokali, kif ukoll l-istakeholders kollha involuti inkluż il-pubbliku in ġenerali, mingħajr ma tħallsu taxxi żejda mill-poplu Malti.

Dan bil-kontra ta’ dak li seħħ fil-passat meta kienu tħallsu mal-miljun ewro f’konsulenzi biex daħlu fis-seħħ rotot ġodda tat-trasport.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow