Left arrow Mur Lura

IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI L-MCESD JIDDISKUTI L-ĦIDMA TAL-UFFIĊĊJU TAL-KUMMISSARJU GĦAS-SIMPLIFIKAZZJONI U T-TNAQQIS FIL-BUROKRAZIJA

pr142958
Date Icon 17/12/2014

Implimentati xejn anqas minn 14-il miżura differenti minn Ministeri differenti biex titnaqqas il-burokrazija żejda fiċ-Ċivil filwaqt li diġà nġabru mal-175 proposta differenti għal simplifikazzjoni

F’laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali l-MCESD, l-Imsieħba Soċjali ddiskutew ix-xogħol tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija.

F’intervent li għamlet fil-bidu tal-laqgħa, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli fakkret kif dan il-proċess ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u tnaqqis fil-burokrazija tal-gvern kien imwiegħed fil-programm elettorali. Semmiet kif għaddejja ħidma fil-livelli kollha permezz ta’ laqgħat u konsultazzjoni.

Dr Dalli tkellmet fuq l-importanza ta’ laqgħat bħal dawn mal-MCESD fejn is-soċjetà ċivili, unions u min iħaddem jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom biex b’hekk jitjieb l-operat.

Il-Kummissarju Dr Anthony Agius Decelis fakkar kif il-gvern huwa kommess li jnaqqas il-burokrazija b’25% biex b’hekk ma jixxekkilx l-investiment, tiżdied il-kompetittività u pajjiżna jibqa’ sostenibbli.

Qal li bħala pajjiż inkunu qed niggwadanjaw bil-kbir jekk ikollna anqas burokrazija żejda, aktar trasparenza, proċeduri eħfef u aktar sempliċi kemm fin-negozju kif ukoll għall-poplu inġenerali.

Dr Decelis semma kif l-uffiċċju tiegħu għaddej b’serje ta’ konsultazzjonijiet ma’ entitajiet prinċipali fejn diġà nġabru mal-175 proposta differenti ta’ simplifikazzjoni. Dawn il-proposti ngħaddew lill-persuni responsabbli biex issir is-simplifikazzjoni, u l-uffiċċju tal-Kummissarju se jara li tittieħed azzjoni.

Anthony Agius Decelis elenka bosta inizjattivi li diġà ttieħdu minn diversi Ministeri u Segretarjati Parlamentari fosthom:

(i) it-tneħħija tal-vouchers tal-enerġijja fejn minflok, iddaħħlet sistema ta’ kreditu dirett fil-kont tad-dawl. Din il-miżura naqqset l-umiljazzjoni li persuni kienu qed ikunu soġġetti għaliha meta jmorru personalment biex isarrfu l-vouchers.

(ii)Tnediet simplifikazzjoni fil-proċess ta’ reklutaġġ fi ħdan il-PAHRO, tjiebet il-komunikazzjoni bejn il-bord tat-tenders li jieħu ħsieb l-aġġudikazzjonijiet u dak tal-appelli.
(iii)Tnaqqsu l-ispejjeż tal-applikazzjonijiet tal-MEPA u dawk tal-planning fees u żdiedet l-effiċjenza fil-klassifikazzjoni u proċessar tal-istess applikazzjonijiet.
(iv)L-istudenti bdew jibbenefikaw minn ħlasijiet diretti fil-kontijiet bankarji tagħhom.
(v)Tnediet reviżjoni fi proċessi relatati mal-pensjoni, u kontijiet tad-dawl u tal-ilma fost oħrajn.
(vi)Sar strategic plan u baġit għal multi-channel, ONE STOP SHOP SERVICE għaċ-ċittadini bbażat f’numru ta’ lokalitajiet.
(vii)Tneħħiet l-applikazzjoni tal-marriage grant, children allowance u supplementary allowance fost oħrajn.
(viii)Sar ippjanar ta’ programm intensiv għat-tnaqqis fil-burokrazija bil-għan li jkunu sfruttati fondi Ewropej għas-seba’ snin li ġejjin 2014-2020.
(ix)Inħoloq kunsill li jiġbor fih diretturi varji miċ-ċivil fejn issir diskussjoni ta’ proposti għal simplifikazzjoni u jiġu identifikati sitwazzjonijiet fejn hemm duplikazzjoni ta’ xogħol.
(x)Ġew introdotti diversi servizzi ta’ e-government.
(xi)Sar review u bdiet l-implimentazzjoni ta’ riforma fil-kuntratti pubbliċi.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm is-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Mario Cutajar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow