SKEMA TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET MHUX GOVERNATTIVI (NGOs) GĦAWDXIN
Il-Ministeru għal Għawdex qed iniedi skema ta’ għajnuna finanzjarja għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs). L-għan prinċipali ta’ din l-iskema hu li tingħata għajnuna finanzjarja lill-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Għawdxin sabiex dawn ikomplu fil-ħidma tagħhom favur it-tisħiħ tat-tessut soċjali tal-gżira. Din is-sejħa għall-applikazzjonijiet hi miftuħa għall-għaqdiet u organizzazzjonijiet li huma membri tal-Assoċjazzjoni tal-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi Għawdxin.
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lid-Direttur għas-Servizzi Korporattivi u jaslu fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex sa mhux iktar tard mill-4.00pm ta' nhar il-Ġimgħa 13 ta' Frar 2015. Tingħata jew tintbagħat irċevuta għal kull applikazzjoni.
Aktar dettalji fuq din is-sejħa għall-applikazzjonijiet kif ukoll il-formola tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mill-Ministeru għal Għawdex jew miċ-Ċentru għall-NGOs fi Triq il-Madonna tar-Rummiena, Xewkija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046