Left arrow Go Back

​SKEMA TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET MHUX GOVERNATTIVI (NGOs) GĦAWDXIN

PR142944
Date Icon 16/12/2014

Il-Ministeru għal Għawdex qed iniedi skema ta’ għajnuna finanzjarja għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs).  L-għan prinċipali ta’ din l-iskema hu li tingħata għajnuna finanzjarja lill-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Għawdxin sabiex dawn ikomplu fil-ħidma tagħhom favur it-tisħiħ tat-tessut soċjali tal-gżira. Din is-sejħa għall-applikazzjonijiet hi miftuħa għall-għaqdiet u organizzazzjonijiet li huma membri tal-Assoċjazzjoni tal-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi Għawdxin.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lid-Direttur għas-Servizzi Korporattivi u jaslu fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex sa mhux  iktar tard mill-4.00pm ta' nhar il-Ġimgħa 13 ta' Frar 2015. Tingħata jew tintbagħat irċevuta għal kull applikazzjoni.

Aktar dettalji fuq din is-sejħa għall-applikazzjonijiet kif ukoll il-formola tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mill-Ministeru għal Għawdex jew miċ-Ċentru għall-NGOs fi Triq il-Madonna tar-Rummiena, Xewkija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow