IL-PRIM MINISTRU JILTAQA' MAL-PRIM MINISTRU TAL-AZERBAIJAN
pr142943
16/12/2014
Koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi tista' tmur lil hinn mill-enerġija biss
Il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna l-impenji tiegħu b'laqgħa mal-Prim Ministru tal-Azerbaijan Artur Rasizade u l-Kabinett tal-Ministri tal-Azerbaijan.
Iż-żewġ Prim Ministri qablu li l-iffirmar tal-MOUs mal-Gvern tal-Azerbaijan huwa ftehim li se jkompli jevolvi r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Prim Ministru Rasizade qal li jemmen li ż-żewġ pajjiżi jistgħu jikkoperaw f'iktar oqsma flimkien u mhux biss fil-qasam tal-energija. Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru ta' Malta qal li ċertament il-ftehim dwar il-qasam tal-enerġija kien l-ewwel pass pożittiv, u tajjeb li jiġu identifikati oqsma oħra ta' koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dr Muscat qal li l-involviment tas-Socar fil-konsorzju li rebaħ b'mod kompetittiv it-tender internazzjonali għall-ftehim ta' power purchase agreement, mingħajr interventi politiċi la mill-Gvern Malti u lanqas mill-Azerbaijan, kienet l-ewwel esperjenza tal-Gvern Malti li jaħdem mill-qrib ma' kumpanija tal-Azerbaijan.
Il-Prim Ministru Azer qal li din iż-żjara effettivament bdiet l-ewwel kuntatti politiċi f'livell ta' gvernijiet issa l-pass li jmiss hu li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ popli.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046