Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA

pr142938
Date Icon 15/12/2014

Wara erbat ijiem ta’ skiet, l-Oppożizzjoni tagħżel li tkun negattiva fuq l-ikbar investiment li qatt ra pajjiżna

Wara erbat ijiem ta’ skiet, mingħajr ma lissnet kelma waħda pożittiva dwar l-akbar investiment li qatt ra pajjiżna, l-Oppożizzjoni, li meta kienet fil-Gvern falliet lill-Enemalta u ħallietha bi 840 miljun ewro dejn, għażlet li tibqa’ tkun negattiva.

Waqt li titkellem daqslikieku fi żmien gvern preċedenti, dettalji kummerċjali kienu jiġu ppubblikati kollha, baqgħet ma tridx tirrikonoxxi li dan il-ftehim mhux biss salva lill-Enemalta u lill-ħaddiema tagħha, iżda se jkollu impatt qawwi u pożittiv fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna.

Għall-kuntrarju tal-Gvern preċedenti, dan il-Gvern kien trasparenti u ppubblika Energy Sector Cooperation and Investement Agreement  li ġie ffirmat bejn l-Enemalta PLC, Shanghai Electric Power Company Ltd, SEP Malta Holding Ltd u l-Gvern Malti bi ftehim mal-partijiet kollha involuti.

B’differenza mill-Gvern preċedenti, dan il-Gvern dejjem mar quddiem il-Parlament kull darba li kien hemm żvilupp b’rabta ma’ dan il-ftehim.  Din id-darba l-istess ser isir.

L-Oppożizzjoni qed tagħżel li ma tifhimx jew tinjora dawn il-fatti:

•         Li Power Purchase Agreement f’qafas fejn hemm numru ta’ operaturi fis-settur tal-ġenerazzjoni huwa ftehim kummerċjali.

•         Li fid-dettalji li diġà ngħataw ħareġ b’mod ċar li l-Enemalta m’għandhiex obbligu li tixtri minimum requirements minn Delimara 3.

•         Li l-Gvern diġà ta t-timelines dwar il-proġett tal-qalba għall-gass fil-Parlament fil-ġimgħat li għaddew.

•         Li qabel is-sajf li għadda għaddiet liġi dwar Enemalta ġdida li kienet tinkludi l-ħolqien tal-kumpanija

Engineering Resources Ltd, li magħha ġew trasferiti l-impjegati kollha bil-kundizzjonijiet maqbula skont il-ftehim kollettiv tagħhom.

L-uniku periklu għall-impjegati tal-Enemalta kien ikun kieku l-Enemalta baqgħet miexja fid-direzzjoni tal-Gvern preċedenti.

Fis-settur tal-enerġija, l-amministrazzjoni preċedenti wasslet għall-ogħla kontijiet tad-dawl u l-ilma, dipendenza totali fuq iż-żejt u Enemalta falluta, waqt li dan il-Gvern ifisser kontijiet orħos, l-eliminazzjoni tal-Heavy Fuel Oil mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u Enemalta fuq sisien sodi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow