Left arrow Mur Lura

RAPPORTI ANNWALI GĦAS-SENA 2013 DWAR VERIFIKA TAL KONTIJIET PUBBLIĊI U DWAR IL ĦIDMIET TAL KUNSILL LOKALI

PR142937mt
Date Icon 15/12/2014

Illum,  l Awditur Ġenerali ppreżenta lill Onor. Deputat Speaker tal Kamra tar Rappreżentanti, ir Rapport ta’ Verifika Annwali  tal Finanzi Pubbliċi għas sena 2013. Dan jinkludi 22 rapport dwar l operat ta’ diversi Ministeri, Dipartimenti u entitajiet oħra tal Gvern, kif ukoll  analiżi tar Rapport Finanzjarju għas sena 2013. Ftit mill osservazzjonijiet ewlenin huma dawn li jidhru hawn taħt.
Wara analiżi dettaljata tar Rapport Finanzjarju, l Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika (NAO) nnota li:

• Ittri ta’ Rassigurazzjoni u Garanziji Bankarji, li japplikaw għall Gvern bħala obbligazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu, leħqu bejn wieħed u ieħor l ammont ta’ €1,258 miljun;
• bħal f’ħafna każijiet li ġew irrappurtati s sena li għaddiet, reġa’ kien hemm ammont sostanzjali fl infiq ta’ diversi affarijiet;
• wara l approvazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida li tamministra s self tal Gvern u l kontroll fuq id dejn pubbliku, numru ta’ miżuri se jiġu implimentati u b’hekk jiddaħħal qafas ta’ kif wieħed jilqa’ għar riskju, flimkien ma’ kodiċi ta’ kondotta u regoli dwar konflitt ta’ interess.
Il Ministeri/Dipartimenti kollha ssottomettew l Arretrati ta’ Dħul għall 2013. Bħalma ġara fi snin imgħoddija, minn ħarsa dettaljata li ngħatat  lil dawn l attretati ġew żvelati ħafna kwistjonijiet f’dak li hu ġbir ta’ ammonti pendenti li dawn il Ministeri/Dipartimenti għandhom jieħdu.

Verifika tad dħul ta’ Heritage Malta żvelat sistema ta’ kontroll fjakka, li tħalli lok kbir għal abbuż u li faċli jaqbżulha għadd ta’ nuqqasijiet oħra.  Ta’ tħassib ukoll għall NAO kien il fatt li ma jsirx scanning indipendenti tal biljetti, donnu li kollox jiddependi fuq l istaff tal uffiċċju ewlieni, u numru sinifikanti ta’ skanċellaturi mhumiex koperti b’dokumentazzjoni adegwata.

L Università ta’ Malta u l Junior College għalqu s sena b’Nefqa Kapitali li tvarja b’€1,275,271 u b’€ 2,075,271, rispetttivament, aktar mill baġit oriġinali u rivedut li kellhom. In nieqes fil likwidità  kien qed jagħmel tajjeb għalih temporanjament id dewmien biex jitħallsu lid Dipartiment tat Taxxa, dawk l ammonti ta’ taxxi u kontribuzzjonijiet tas Sigurtà Nazzjonali, li jkunu nqatgħu mis salarji tal impjegati.

Ħarsa dettaljata lejn l infiq tal Ministeru għall Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil Klima żvelat nuqqas ta’ sekwenza tat transazzjonijiet u ma kienx hemm dokumentazzjoni suffiċjenti.  Nuqqasijiet ewlenin oħra kienu jikkonsistu f’approvazzjoni għal ordni ta’ varjazzjoni li tmur lura fiż żmien, u regoli għall akkwist, f’dawk li huma servizzi konsultattivi, li ma ġewx imħarsa. 

L NAO jħoss li għandu jikkritika s sostenibilità finanzjarja u l kontabilità tal Gozo Channel Company Ltd . Ħarġet biċ ċar id dgħjufija fil kontroll f’numru ta’ oqsma, fosthom diversi kuntratti skaduti, kontroll fjakk fejn jidħlu estimi, impjegati mhux utilizzati sew, nuqqas ta’ kontroll fuq is sahra, nuqqas ta’ sinerġija bejn it tim ta’ tmexxija, kif ukoll bejn id diversi gruppi ta’ ħaddiema fi ħdan il kumpanija.

Saret analiżi wkoll tal infiq li kien hemm fir Residenza San Vinċenz de Paul fi ħdan  id Dipartiment għall Anzjani u Kura fil Kommunità. Hawn instab li x xiri li sar mhux dejjem kien skont ir regoli preżenti. Oġġetti tal ikel inxtraw wara sejħiet għall kwotazzjonijiet repetittivi.  Spejjeż tal operat u manutenzjoni kienu kbar, b’ kontijiet għoljin li tħallew mis sena ta’ qabel.

Id Dipartiment tal VAT ma ħax azzjoni biżżejjed biex jirkupra ammonti pendenti tal Eko Kontribuzzjoni. Mad daqqa t’għajn lill proċess ta’ ġbir ta’ din it taxxa, ġiet innotata wkoll diskrepanza bejn l ammont f’pagamenti mħallsa lid Dipartiment u dak imdaħħal fis sistema tad DAS (is sistema li juża l Gvern għall kontabilità fid Dipartimenti tiegħu).Ġew innotati nuqqasijiet fil proċess ta’ investigazzjoni.

Tibdil sostanzjali fil ftehim kontrattwali  oriġinali tal Immaniġġjar tal Parkeġġ u Traffiku u s Servizz Estern ta’ Sigurtà fl Isptar Mater Dei wassal għal telf konsidereovli  fid dħul tal Gvern, li jammonta għal aktar minn miljun ewro kull sena. Fl 2013, l Isptar ħallas kważi sitt miljun ewro għal servizzi ta’ tindif.  L NAO huwa tal fehma li hawnhekk seta’ kien hemm kontroll ferm aħjar.

Minħabba l fatt  li l Gvern alloka l ammont sostanzjali ta’ 31 miljun ewro lill Kunsilli Lokali , kif ukoll li ħames Kumitati Reġjonali jiġġeneraw madwar tmien miljun ewro,  l NAO ħass li xieraq  li din is sena joħroġ rapport separat esklussivament  bil verifika kollha li saret tal Gvern Lokali.

Wara li ġew eżaminati r Rapport Finanzjarji, kif ukoll l Ittri bil kummenti tal Awdituri tal Gvern Lokali (LGAs) għall Kunsilli Lokali u l Kumitati Reġjonali, instab ukoll li ċertu nuqqasijiet u affarijiet oħra inkwetati, li dehru fis snin ta’ qabel fir Rapport Annwali ta’ Verifika tal NAO, reġgħu tfaċċaw din id darba wkoll. Dawn ġew ilkoll trattati f’dan ir Rapport separat.

In nuqqasijiet komuni msemmija fl Ittri tal Awdituri jinkludu:

a) Kotba tal kontijiet mhumiex aġġornati kif suppost, bir riżultat li r Rapporti Finanzjarji li saru, ma jagħtux stampa vera u ġusta tas sitwazzjoni finanzjarja attwali.
b) Ma tintużax is sistema ta’ provvediment, bażi tad dovuti (accrual),  għal dak li hu dħul u nfiq.
c) Pagamenti li saru mingħajr kontijiet propja u/jew ma nħarġitx irċevuta fiskali għalihom.
d) Ma jinżammx Reġistru għall Assi Fissi, jew meta kien hemm instab li kien nieqes minn dettalji neċessarji.
e) Ċerti kategoriji ta’ nfiq kienu ferm iżjed mill baġit li kien hemm għalihom.
f) Xiri mhux konformi mar regolamenti rilevanti.

Flimkien ma’ dan kollu, bħalma kien il każ fil perjodu preċedenti, l ebda wieħed mid disa’ Kumitati Konġunti  ma ssottometta r Rapport Finanzjarju verifikat tiegħu  li jkopri s sena li ġiet eżaminata.  Barra dan, kemm il Kumitat Konġunt Ċentrali u dak tat Tramuntana naqsu li jibagħtu r Rapporti Finanzjarji tagħhom għas sena li għalqet fil 31 ta’ Diċembru 2011, b’dan l aħħar Kumitat imsemmi jonqos ukoll li jagħmel dan anki fis sena ta’ qabel. Ladarba dawn l entitajiet qed jiġu fdati bil ġbir ta’ fondi pubbliċi, l NAO jħoss li dawn in nuqqasijiet mhumiex aċċettabli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow