STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-PRESIDENZA UE 2017 U GĦALL-FONDI EWROPEJ
pr142935
15/12/2014
Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Dr Ian Borg jilqa’ b’sodisfazzjon l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-Programm Operattiv 1 jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni. Din l-aħbar pożittiva hija waħda minn kullana ta’ approvazzjonijiet mill-istess Kummissjoni Ewropea sabiex issa pajjiżna jkun jista’ jibda jagħmel użu mill-Fondi Ewropej 2014-2020.
Din hija konferma oħra kif dawn il-fondi u l-ipprogrammar tagħhom kien proċess li nżamm skont iż-żminijiet stipulati fir-regolament u kif imwiegħed mill-Gvern Malti. Il-valur ta’ dan il-programm operattiv huwa ta’ €717 miljun.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046