Left arrow Go Back

TITTELLA’ L-EWWEL EDIZZJONI TA’ #MALTEEN

pr142934
Date Icon 15/12/2014

Matul tmiem il-ġimgħa li għadda, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius, attenda għal #Malteen, attività għall-addolexxenti li saret fiċ-Ċentru għall-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. Waqt l-indirizz tiegħu fil-ftuħ uffiċjali, is-Segretarju Parlamentari faħħar din l-inizzjattiva li qed tittieħed minn etitajiet diversi li qed jaħdmu flimkien għal għan wieħed.  Huwa saħaq fuq l-importanza li kulħadd għandu jiġbed ħabel wieħed u jingħaqad flimkien fl-organizazzjoni ta’ attivitajiet simili sabiex ma jintilfux riżorsi. 

#Malteen, li kien immirat għal żgħażagħ bejn it-13 u s-17-il sena, għen lil dawk kollha li pparteċipaw sabiex jesprimu l-kreattività tagħhom, filwaqt li jesperimentaw b’mezzi ġodda.  L-attivitajiet varjaw minn produzzjonijiet teatrali, sessjonijiet ta’ kitba kreattiva, board games umani, kunċerti, żfin, iffilmjar u sfidi oħra, fosthom kamping.

#Malteen kien organizzat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, l-Aġenzija Żgħażagħ u ċ-Ċentru għall-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow