Left arrow Mur Lura

​IL-PRIM MINISTRU F'LAQGĦA MAL-PRESIDENT TAL-AZERBAIJAN

PR142929
Date Icon 15/12/2014

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu kellu laqgħa mal-President tal-Azerbaijan Ilham Aliyev fil-bidu tal-impenji tiegħu fl-Azerbaijan.

Il-Prim Ministru u l-President tal-Azerbaijan iddiskutew ir-relazzjonijiet diplomatiċi, politiċi u ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Waqt il-laqgħa ġew diskussi b'mod partikolari l-opportunitajiet ta' investiment bejn iż-żewġ pajjiżi b'mod partikolari fl-oqsma tal-kummerċ, enerġija, trasport, it-turiżmu u koperazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran.

Ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jkompli jieħdu iktar importanza fid-dawl tal-pożizzjoni li qed tieħu l-Unjoni Ewropea fejn qed tħares lejn dan il-pajjiż b'mod strateġiku bħala sieħeb fuq diversi oqsma ekonomiċi, b'mod partikolari fil-qasam tal-enerġija.

Dr Muscat qal li l-pożizzjoni ta' Malta fil-Mediterran u l-Ewropa tiftaħ opportunitajiet fir-reġjun għax tista' titqies bħala pont bejn l-Ewropa u l-Afrika.

Il-Prim Ministru qal ukoll li Malta tappoġġja relazzjonijiet usa ta' koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Azerbaijan. Qal li l-Eastern Partnership huwa qafas multilaterali fejn jistgħu jsiru diskussjonijiet bejn sħab tal-Lvant tal-Ewropa u membri tal-Unjoni Ewropea iżda hemm ukoll modi oħra fosthom ftehim mfassal għall-Azerbaijan u li qed jiġi kkunsidrat minn Brussell.

Il-President tal-Azerbaijan qal li kull relazzjoni politika għandha twassal għal rizultati prattiċi u li jinhassu fil-pajjizi rispettivi. Tkellem dwar il-mod kif l-Azerbaijan qed thares li tkompli tiftaħ ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fi ftehim iktar strateġiku li jaqbel lill-Ewropa u lill-Azerbaijan.

Il-President Aliyev qal li fl-aħħar xhur kellu laqgħat f' Baku u f' pajjiżi oħra mal-Prim Ministri tar-Renju Unit, Italja u Greċja u l-President ta' Franza fost l-oħrajn, u li ftehim sinċier bejn l-UE u l-Azerbaijan dwar il-qasam tal-enerġija qed ibiddel il-mappa tal-enerġija fl-Ewropa.

L-Azerbaijan għandu ftehim ta' koperazzjoni u sħubija strateġika ma' tmien pajjiżi Ewropej oħra.

Il-Ministru għal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi u c-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri akkumpanjaw lill-Prim Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow