Left arrow Mur Lura

JUM IR-REPUBBLIKA – GĦOTI TA’ MIDALJI U UNURI

PR142918MT
Date Icon 13/12/2014

 Kull sena f’Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta, f’isem il-Gvern u l-poplu Malti, jagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta’ Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja b’ħatriet fl-‘Ordni Nazzjonali tal-Meritu’ jew fix-‘Xirka Ġieħ ir-Repubblika’, jew bl-għoti tal-‘Midalja għall-Qadi tar-Repubblika’. Malta tagħti ġieħ ukoll lil dawk il-persuni ta’ nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja, fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-gżejjer Maltin

Din is-sena, iċ-Ċerimonja ta’ Investitura saret fil-Palazz, il-Belt Valletta, nhar is-Sibt, 13 ta’ Diċembru 2014, wara l-Parata Ċerimonjali f’Misraħ San Ġorġ. Matul iċ-ċerimonja ta’ din is-sena, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, tat ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu lil għaxar Maltin u għaxra oħra ngħataw il-‘Midalja għall-Qadi tar-Repubblika’. Żewġ unuri ngħataw lill-persuni wara mewthom. Ġew ukoll onorati żewġ persuni ta’ nazzjonalità barranija b’ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu fuq bażi onorarja.

Sebgħa u tletin membru tal-Forzi Armati ta’ Malta ġew onorati bl-għoti tal-‘Midalja għal Servizz Distint’ (DSM), b’rikonoxximent tas-sehem distint u eċċezzjonali f’missjonijiet perikolużi ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran biex ikunu salvati nies mill-għarqa matul l-2014.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow